Imut Sir Roger Scruton – l-ikbar filosfu konservattiv ta’ żmienna – One News

Notifiki

Imut Sir Roger Scruton – l-ikbar filosfu konservattiv ta’ żmienna

Wieħed mill-aktar filosfu konservattiv fl-Ingilterra Sir Roger Scruton miet fl-età ta’ 75 sena. Huwa ħalla din id-dinja, nhar il-Ħadd 12 ta’ Jannar wara battalja ta’ 6 xhur mal-kanċer.

Fi stqarrija l-familja qalet li jinsabu kburin bih u bis-suċċessi kollha li kiseb matul ħajtu.

F’Diċembru li għadda, Sir Roger kien kiteb li meta tmiss ma esperjenza viċin il-mewt tibda tifhem l-iskop tal-ħajja u li tfisser hi gratitudni.

Sir Roger kien awtur ta’ diversi kotba b’suġġetti li jvarjaw minn dawk morali, politiċi, fuq l-arkitettura u l-estetika. Fl-2016 huwa ġie rikonoxxut għas-servizzi tiegħu fit-tagħlim u l-edukazzjoni.

Huwa rċieva wkoll diversi unuri mill-Polonja u l-Ungerija għax-xogħol tiegħu.

Il-Membru parlamentari Ewropew konsevattiv Daniel Hannan sejħu bhala l-iktar konservattiv ta’ żmienna u li l-pajjiż tilef pilastru intellettwali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend