Il-PM Robert Abela: Se mmexxi Gvern li se jagħti serħan il-moħħ – One News

Notifiki

Il-PM Robert Abela: Se mmexxi Gvern li se jagħti serħan il-moħħ


“Se mmexxi Gvern li jagħti serħan il-moħħ”.

Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ Robert Abela fl-ewwel indirizz tiegħu lin-nazzjon bħala Prim Ministru ta’ Malta.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern li se jkompli jwettaq il-wegħdiet fil-manifest elettorali li kiseb mandat b’saħħtu bih fl-2017.  Dr Abela stqarr: “Il-prioritajiet tagħkom huma l-prioritajiet tiegħi. L-aspirazzjonijiet tagħkom huma l-aspirazzjonijiet tiegħi. In-nies iridu l-istabbilità u s-serħan il-moħħ biex pajjiżna jkompli jimxi ‘l quddiem u mil-lum stess jien bdejt naħdem biex inkomplu nwettqu l-manifest elettorali li fl-2017 ksibna l-fiduċja tal-maġġoranza tal-Maltin u Għawdxin dwaru.”

Il-Prim Ministru kompla jitkellem dwar il-ħtieġa ta’ aktar ħolqien tax-xogħol biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem.

“In-nies iridu l-istabbilità u s-serħan il-moħħ u dak se nagħtuhom. In-nies trid l-għaqda ta’ nazzjon wieħed u dik se nagħtuhom. L-għaqda nazzjonali li dejjem rebħet il-biża’. L-għaqda li dejjem għamlitna b’saħħitna, aktar b’saħħitna. Aħna lkoll ulied ta’ pajjiż wieħed magħqud, li nfittxu dak li jgħaqqadna u nwarrbu dak li jifridna. Aħna lkoll aħwa Maltin u Għawdxin issa l-ħidma tkompli. Qiegħed hawn hekk bħala l-Prim Ministru tagħkom, tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, flimkien se nkomplu mexjin ‘il quddiem.” saħaq Dr Abela.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend