BIL-FILMAT: Folla kbira ssellem lill-PM Abela – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Folla kbira ssellem lill-PM Abela

Malli xiref mill-Palazz tal-President bħala Prim Ministru ta’ Malta f’misraħ San Ġorg, il-Prim Ministru Robert Abela ntlaqa’ minn folla kbira li nġabret biex issegwi l-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala l-prim ministru ta’ pajjiżna.

F’kummenti lill-midja Dr Abela tenna li jinsab emozzjonat u fl-istess waqt sodisfatt li ser ikun qed imexxi lil pajjiżna. Dr Abela stqarr: “Sodisfatt ħafna bil-privileġġ li ser ikolli biex inservi lill-poplu Malti.”

Wara l-ġurament akkumpanjat minn martu u minn bintu, huwa mexa tul triq ir-Repubblika fejn sellem lill-pubbliku fl-isfond tal-għajta Robert, Robert.

Dr Abela nħatar Prim Ministru ta’ Malta wara li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett mexxej tal-Partit Laburista.

Malli wasal fi Pjazza Kastilja Robert Abela sabet tistennih ġemgħa oħra ta’ nies. Jistennewh ukoll il-ħaddiema kollha tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Wara li l-ħaddiema sellmu lil Dr Abela u lil martu u lil bintu, huwa ntlaqa’ wkoll mill-membri parlamentari Laburisti fosthom id-deputat prim ministru Chris Fearne u uffiċjali tal-Partit Laburista.

Dan qabel ma daħal fil-kamra tal-kabinett u fl-uffiċċju tiegħu fejn sab ittra mill-eks prim ministru Joseph Muscat.

ONE News tkellem ma’ bosta persuni li assistew b’ħerqa għall-ġurament tal-Prim Ministru.

Fost oħrajn tkellima mal-mara li mar fuqha l-Prim Ministru mal-wasla tiegħu fi Pjazza San Ġorg. Uħud nies li tkellimna maħhom qalulna:

Bosta faħħru wkoll il-karattru tal-Prim Ministru l-ġdid u awgurawlu għall-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend