Raġel ta’ 30 sena minn Marsaskala ttieħed l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq ta-tip BMW Z4 bil-konsegwenza li baqa’dieħel ġol-barrikati.
L-inċident seħħ kmieni is-Sibt filgħodu għall-ħabta tas-5:45, fit-triq Aldo Moro direzzjoni lejn Raħal Ġdid.
Fuq il-post marru l-Pulizija filwaqt li tim mediku assistew lis-sewwieq u ħadhu li raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.