Sewwieq ta’ karozza li għandu 41 sena, jeħel sentenza ta’ 16-il xahar ħabs u sospenzjoni mis-sewqan għal tliet snin wara kien involut f’inċident head-on ma’ sewwieq ta’ mutur f’Ingilterra.
Filmati elevati minn dashcam juru l-mument eżatt meta sewwieq ta’ mutur tar minn fuq il-mutur wara li karozza li kienet għaddejja b’veloċità ta’ 70mph daret dawra u spiċċat fuq il-karreġġjata opposta biex imbagħad sab ma’ wiċċu s-sewwieq tal-mutur.
Is-sewwieq tal-mutur sofra minn ġrieħi permanenti għal ġismu u huwa mifhum li l-ilbies protettiv salvawlu ħajtu.
Mill-filmat huwa evidenti li s-sewwieq tal-mutur li kellu 35 sena meta seħħ l-inċident, jidher jagħfas fuq il-brejk qabel ma’ ħabat mal-karozza u spiċċa jtir minn fuq il-karozza.
Is-sewwieq tal-mutur minn Barnsley kiser dahru u l-polz t’idu fost oħrajn.
FILMAT GRAFIKU (Sky News):