Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn persuna li telqet minn fuq il-post – One News

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn persuna li telqet minn fuq il-post

Anzjan ta’ 69 minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel kien milqut minn karozza, bis-sewwieq tal-karozza telaq minn fuq il-post tal-inċident.

Tim mediku assista lir-raġel u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Sorsi qrib il-Korp tal-Puliziju qalu li t-tfittxija għadha għaddejja għall-sewwieq li telaq minn fuq il-post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend