Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ serqa minn ħanut fil-Ħamrun – One News

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ serqa minn ħanut fil-Ħamrun

Żewġt irġiel – 34 sena minn Raħal Ġdid u raġel ta’ 43 sena minn San Pawl il-Baħar, qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ serqa minn ħanut fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ kmieni mal-lejl għall-ħabta tan-00:30 meta l-Pulizija daħlilhom rapport li kien hemm żewġ persuni suspettużi f’ħanut.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun marru fuq il-post fejn innutaw ħsarat fuq il-bieb prinċipali tal-ħanut u l-kexxun tal-flus miftuħ.

Membri mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit li kienu qed jagħmlu ronda fl-akwati, arrestaw żewġt irġiel li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatat, fi Triq Abela Skolaro fil-Ħamrun stess.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend