Għada s-Sibt il-pensjonanti tal-irtirar li jirċievu l-pensjoni taż-żewġ terzi u l-pensjonanti tas-servizz se jirċievu ż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom.
Magħhom se jirċievu żieda wkoll il-persuni li qegħdin fuq l-għajnuna soċjali u anke żieda addizzjonali dawk li kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u li rtiraw bejn l-2016 u l-2018 ta’ 62 sena jew aktar, b’aktar minn 35 sena bolol.
Ir-raba’ żieda fil-pensjoni tħabbret fil-Baġit għal din is-sena mill-Prim Ministru Joseph Muscat.