Fake news oħra minn NET NEWS – One News

Notifiki

Fake news oħra minn NET NEWS

Il-midja tal-Partit Nazzjonalista reġgħet inqabdet tigdeb meta rrapportat li ssejħu l-pulizija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista b’mod li provat tagħti l-impressjoni li nqala’ x’inkwiet fiċ-Ċentru.

Minn tagħrif li għandu one.com.mt jirriżulta li l-pulizija kienet qiegħda issegwi raġel fit-triq li f’xi ħin biex jipprova jiżgiċċa kien se jdur lejn il-garaxxijiet li hemm taħt iċ-Ċentru.

Hawn il-pulizija niżlu warajh u arrestawh. Kelliem għall-Partit Laburista kkonferma li l-pulizija ma ssejħux fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u qal li din hi fake news mill-medja tal-Partit Nazzjonalista.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ NET News li ssejħu l-pulizija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista huwa gidba oħra ta’ partit politikament iddisprat li jrid jipprova jara x’jivvinta u ma’ xiex jaqbad.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend