Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin Sandro Chetcuti għamel dikjarazzjoni ġuramenti li fiha ddikjara li hu qatt ma kellu uffiċċju fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista la fir-raba’ sular u lanqas f’xi sulari ieħor.
Chetcuti qal dan b’reazzjoni għal rapporti fil-midja li kkwotaw ix-xhieda tal-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. Qal li l-involviment tiegħu qabel l-elezzjoni ġenerali tal-elfejn u tlettax kien li jlaqqa’ nies fin-negozju u minn kull qasam tas-soċjetà mad-diriġenti tal-Partit Laburista.