Il-pulizija ttenni li għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant – One News

Notifiki

Il-pulizija ttenni li għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonjiet dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-inkjesta Egrant għadhom qegħdin jiġu investigati b’mod attiv.

Fi stqarrija, il-Pulizija għamlet referenza għal starrija ppubblikata fit-18 ta’ Diċembru li għadda fuq l-investigazzjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant.

L-istqarrija qalet li l-Pulizija u l-Maġistrati Inkwerenti kienu diġà qed jinvestigaw numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Egrant.

Dawn jinkludu fost oħrajn dawk li għandhom x’jaqsmu mar-relazzjoni ta’ Keith Schembri ma’ Brian Tonna u Adrian Hillman; l-investigazzjoni tal-Bank Pilatus, il-kumpanija 17 Black u r-relazzjoni tagħha ma’ Hearnville u Tillgate.

Il-korp tal-Pulizija stqarr kif ir-rapport tal-inkjesta Egrant ġie riferut lill-Korp tal-Pulizija mill-Avukat Ġenerali immedjatament dakinhar stess li l-Inkjesta ngħatatlu mill-Maġistrat Inkwirenti u l-pulizija bdiet teżaminah minnufih.

L-istqarrija kompliet tgħid li r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet kollha tal-inkjesta għadhom qegħdin jiġu investigati b’mod attiv mill-Pulizija nnifisha jew flimkien ma’ Maġistrati Inkwerenti oħrajn jew ma’ awtoritajiet oħra kompetenti.

Ingħad li rakkomandazzjonijiet oħra wkoll qed jiġu investigati mill-Pulizija stess jew flimkien ma’ aġenziji u awtoritajiet oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend