17,500 tesserat se jivvutaw għall-ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista – One News

17,500 tesserat se jivvutaw għall-ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista

Se jkunu 17,500, il-persuni li jivvotaw għall-Mexxej tal-Partit Laburista ġdid.   Dawn id-dettalji ngħataw f’Konferenza Ġenerali Straordinarja li matulha ngħata rendikont dettaljat tal-proċess li se jwassal għall-ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista ġdid.

Ic-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Dr. Dean Hili spjega kif il-proċess elettorali li mxiet bih il-Kummissjoni Elettorali huwa proċess trasparenti li jilħaq il-qofol tiegħu nhar il-Ħadd li ġej b’Mexxej tal-Partit Laburista ġdid. Spjega kif kull pass sar bi ftehim mal-aġenti tal-kandidati.

Intant, l-istess konferenza tat vot ta’ ringrazzjament lil Joseph Muscat, għall-ħidma tiegħu fl-aħħar ħdax il-sena fit-tmexxija tal-Partit Laburista.

Il-vot intalab mill-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, li tenna:  “Dawn it-tnax -il sena sibnik dejjem hemm għalina lkoll. Il-ġid li sar ma jħassru ħadd. Irridu nkomplu nibnu fuqu.” Daniel Micallef appella biex nhar il-ġimgħa li ġej, ningħaqdu lkoll flimkien ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Raħal Ġdid sabiex nisimgħu l-aħħar diskors ta’ Joseph Muscat.”

“Nhar il-Ħadd irridu naraw rebbieħ wieħed – il-Partit Laburista,” temm jgħid il-President tal-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend