Jeħel sena ħabs wara li ma wettaqx 55 siegħa xogħol fil-komunità – One News

Notifiki

Jeħel sena ħabs wara li ma wettaqx 55 siegħa xogħol fil-komunità


Jason Zammit ta’ 34 sena mir-Rabat Għawdex ntbagħat sena ħabs wara li nstab ħati li ma għamilx 55 siegħa fil-komunità li kien ordnat jagħmel fuq każ ieħor.

F’Jannar tal-2016 is-sid ta’ showroom tal-karozzi kien ingħata sentenza ta’ 200 siegħa ta’ ħidma fil-komunità wara li kien instab ħati b’miżappropjazzjoni ta’ erba’ quadbikes li kienu fdati lilu.

Huwa kien ordnat ukoll iħallas lura €11,000 f’danni li sidien tal-quadbikes.

Fil-Qorti, l-uffiċjal ta’ probabtion qal li fil-bidu kollox kien għaddej ħarir fejn l-imputat kien qed jagħmel xogħol komunitarju fis-Santwarju ta’ Pinu iżda imbagħad kellu jiġbed l-attenzjoni lill-Qorti li Zammit ma baqax imur biex iwettaq il-ħidma fil-komunità.

Zammit stqarr li ma bediex ilaħħaq minħabba li għandu stabbiliment tal-karozzi u għalhekk xogħlu jirrikjeddi li jivvjaġġa ta’ spiss bejn Malta u Għawdex.

Il-Maġistrat Joe Mifsud stqarr li bl-atteġġjament tiegħu Zammit wera nuqqas ta’ rispett lejn l-awtoritajiet u ħaseb li hu huwa ‘l fuq mill-liġi.

“Dan huwa innaċċettabbli”, sostna il-Maġistrat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend