Identifikat il-post fejn saret il-ħsara fl-interconnector – One News

Identifikat il-post fejn saret il-ħsara fl-interconnector

Il-kumpanija Enemalta ħabbret li l-istħarriġ li sar fl-aħħar sigħat mill-bastiment Polar King identifika l-punt fejn seħħet il-ħsara fil-cable tal-interconnector bejn Malta u Sqallija.
Fi stqarrija, l-Enemalta qalet li l-ewwel indikazzjonijiet jikkonfermaw is-suspetti inizjali.

Mill-filmati miġbuda jirriżulta li hemm evidenza raġonevoli li turi li l-cable inqata’ b’ankra li tkaxkret f’qiegħ il-baħar wara li qalgħetu mit-trinka.

L-Enemalta qalet li fis-sigħat li ġejjin l-inġiniera tagħha flimkien ma’ dawk tal-kumpanija Nexans se jkomplu janalizzaw il-filmati miġbuda mill-bastiment Polar King biex jiġi stabbilit x’hemm bżonn li jsir biex jingħata bidu għall-proċess ta’ tiswija.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend