F’Palermo, omm u bint li l-Ħadd filgħodu marru fuq il-qabar tal-għeżież tagħhom fiċ-ċimterju ta’ Balestrata spiċċaw midruba wara li sfrodaw bihom il-kaptelli tal-qabar tal-familja.
L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA rrapportat li l-inċident seħħ meta l-omm u l-bint kienu se jqiegħdu bukkett tal-fjuri fuq il-qabar tal-għeżież tagħhom.
Kien hawn li ċediet l-art tal-kappella tal-familja biż-żewġ nisa spiċċaw fil-qiegħ tal-qabar wara waqgħa ta’ madwar żewġ metri.
Huma ngħataw l-għajnuna mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li ħarġuhom mill-qabar wara li beda jistema’ ħafna għajjat għall-għajnuna ħiereġ mill-qabar.
L-omm li għandha 76 sena ttieħdet l-isptar ta’ Palermo fejn ingħatat il-kura għall-ksur li ġarrbet flimkien ma’ bintha ta’ 49 sena li wkoll ġarrbet diversi feriti f’ġisimha. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ jinsabu għaddejjin mill-pulizija ta’ Partinico.