Jien nista’ nkun il-kandidat tal-kontinwita għaliex bqajt leali lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat sal-aħħar sekonda. Qal dan il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela waqt li kien qed jindirizza attivita għall-familja kollha ġewwa l-Gianpula.
Robert Abela aċċenna li ma jixraqx li nieqfu nofs triq iżda inkompli l-mixja li beda l-Partit Laburista sabiex sentejn u nofs oħra nerġu niċċelebraw flimkien. Dan għaliex sar wisq tajjeb biex dan jintesa għaliex meta jkollok riċetta li ttik ir-riżultati, tbiddel biss dak l-ingredjent ħażin u mhux ir-riċetta kollha.
Jekk inthom tagħżlu li ma tieqfux nofs triq u tagħtu l-fiduċja lili, jien lest li nkun warajkom, lest illi naħdem għalikom, lest illli niddefendikom, lest illi niddefendi lill-partit minn kull attakk, lest li niddefendi lill-pajjiżi, lest li niddefendi lill-penzjonanti tagħna, liż-żgħażagħ tagħna, lill-istudenti, lill-business class, lil kulħadd.
Robert Abela temm jgħid li l-għażla nhar is-sibt hi bejn il-viżjoni tiegħu ta’ kontinwita jew riċetta ġdida. Qal li d-deċiżjoni hi biss ta’ dawk li se jivvutaw u li kulħadd għandu jitħalla liberu jasal għad deċiżjoni. Għalaq billi qal li jkun xi jkun ir-riżultat, hu ħa jkun hemm, jiġbed ħabel wieħed fl-interess tal-Partit Laburista