Robert Abela jġib aktar rebħiet elettorali għall-PL – One News

Notifiki

Robert Abela jġib aktar rebħiet elettorali għall-PL

Quddiem folla enormi li nġabret fiż-Żejtun, il-kandidat għall-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ppreżenta x’għandha tkun it-triq ’il quddiem biex il-Partit Laburista jibqa’ jikseb rebħiet elettorali importanti. Qal li dan isir billi tbiddel l-ingredjent ħażin u mhux ir-riċetta sħiħa li wasslet għal 10 rebħiet infila. Sostna li għalhekk, dan mhux il-mument ta’ diskors diviżiv li aktar jagħmel ħsara.

Dr Abela stqarr: “Iva jien irrid nirbaħ l-elezzjonijiet għall-Partit Laburista, m’hemm dubju dwar dan. U rrid nirbaħ mhux elezzjoni waħda imma ta’ warajha u ta’ warajha u ta’ warajha. Imma biex tagħmel hekk trid tkun magħqud u trid ukoll tibgħat messaġġ illi jappella għal-Laburisti imma jappella wkoll għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Tenna li jekk jingħata l-fiduċja, imexxi dan il-Gvern tul il-mandat sħiħ b’messaġġ rebbieħ. Enfasizza li l-kandidat tal-kontinwità ma jista’ qatt itellef ix-xogħol lil nies li qed jaħdmu b’mod tant tajjeb fil-Gvern, u li din il-biża’ lest li jibdilha f’tama.

Abela temm jgħid li r-riċetta li ħadmet tul dawn l-aħħar snin kienet ibbażata fuq l-għaqda u għalhekk, ikun xi jkun ir-riżultat, appella biex niġbdu ħabel wieħed biex nibqgħu partit relevanti u l-aktar b’saħħtu fil-pajjiż. Temm li din għandha tibqa’ politika min-nies għan-nies għax ħa jkunu n-nies li jfasslu l-politika tal-Partit biex inkompli mexjin flimkien ‘il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend