Zoo jinħakem min nirien qawwija fil-Ġermanja  – One News

Zoo jinħakem min nirien qawwija fil-Ġermanja 

Fil-Ġermanja, aktar minn tletin annimal mietu wara li z-zoo ta’ Krefeld inħakem min nirien qawwija. 

L-investigaturi qed jaħsbu li n-nirien seħħew minħabba laterni li ttelgħu llegalment, li ttelgħu minħabba ċ-ċelebrazzjonijet tal-bidu tas-sena l-ġdida.

Intqal kif fil-viċinanzi taz-zoo nstabu tliet laterni.

F’kitba fuq Facebook, it-tmexxija ta’ dan iz-zoo qalet kif din hija waħda mill-agħar affarijiet li kien jaħsbu li se tiġri, sfortunatament ġrat. Qalu wkoll li l-ebda annimal ma salva mill-post fejn jinżamu x-xadini.

Id-Direttur ta’ dan iz-zoo Wolfgang Dreßen qal kif żewġ ximpanzis salvaw u ddeskriva dan bħala miraklu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend