AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Mellieħi jmut b’daqqa ta’ karozza ħdejn l-ajruport – One News

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Mellieħi jmut b’daqqa ta’ karozza ħdejn l-ajruport

Mellieħi ta’ 67 sena tilef ħajtu traġikament wara li ttajjar minn karozza tal-għamla Mercedes fil-Gudja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Bir Miftuħ, ftit tal-metri ‘l bogħod mill-entratura tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena minn Ħal Qormi.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Fuq il-post waslu wkoll diversi esperti tal-Qorti sabiex jistħarrġu dan il-każ fosthom it-tabib forensiku Mario Scerri.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Pulizija tal-ajruport.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *