Magħrufa aħjar bħala Boxing Day, is-26 ta’ Diċembru hija festa li oriġinat fir-Renju Unit fiż-żmien l-era tar-Reġina Victoria li maż-żmien daħlet fil-kalendarju ta’ pajjiżi oħra.
Jingħad li din it-tradizzjoni kienet ġurnata fejn is-sinjuri kienu jħallu lis-sefturi tagħhom jmorru id-dar fejn familthom filwaqt li jtuhom kaxxa mimilija affarijiet bħala rigal tal-Milied. Huwa mifhum li s-sefturi li kienu jmorru jqattgħu l-ġurnata mal-familja tagħhom, kienu jqassmu kaxxa bir-rigali ukoll bħala ġest ta’ apprezzament u mħabba.
Din il-kaxxa bir-rigali li kienu jqassmu lill-qrabathom, ħbieb u kollegi kienet tissejjaħ ‘Christmas Box’ u kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin minn fejn beda l-isem ta ‘boxing day’.
Tradizzjoni oħra li għenet fl-isem ta’ ‘boxing day’ hija dik li fil-parroċċi tal-irħula, l-għada tal-Milied kienet tinfetaħ kaxxa ta’ donazzjonijiet li jitqassmu mal-foqra, miġbura minn nies ta’ dik l-istess paroċċa.
Għall-maġġoranza tal-Maltin, din il-ġurnata ġġib magħha ħin ta’ mistrieħ fejn il-familja tkun tista tqatta’ ħin flimkien u tirrilassa. Ħafna mil-Maltin iqattgħu din il-ġurnata jiftħu r-rigali li jkunu rċievew fil-Milied fil-kumdità ta’ darhom, jieklu li jkun baqa mill-ikla tal-Milied jew nkella jduru t-toroq qalb il-ħwienet sabiex igawdu xi ftit mill-iskontijiet li jkunu għaddejjin.
F’dan il-jum il-Knisja tiċċelebra wkoll l-ewwel martri qaddis, San Stiefnu.
Għalhekk tassew kif jgħidu, mill-Milied sa Stiefnu tfisser li l-affari ma tant tkun damet.