26 ta’ Diċembru – Jum l-Istrina – One News

Notifiki

26 ta’ Diċembru – Jum l-Istrina

Għal sena oħra, fl-għada tal-Milied ħa ssir edizzjoni oħra tal-Istrina.

F’din il-maratona ta’ 12-il siegħa, li tibda għall-ħabta ta’ nofsinhar il-poplu Malti u Għawdxi huwa mistieden sabiex jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu. B’dawn il-flus immorru għal Malta Community Chest Fund.

Din hija l-ewwel Istrina taħt il-President George Vella, li meta lejliet il-Milied żar il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop huwa qal kif jinsab affaxxinat bix-xogħol u d-dedikazzjoni li jisru minn diversi voluntiera għall-preparazzjoni ta’ din il-maratona.

Matul il-ġurnata, l-istazzjon ONE se jxandar din il-maratona ta’ tnax-il siegħa.

Fl-aħħar jiem, ONE News iltaqa’ ma’ Ethel u Nick li jgawdu mill-għajnuna li tagħti l-Malta Community Chest Fund.

Omm li ilha 4 snin tiġġieled il-marda tal-kanċer tibqa’ pożittiva

“L-omm ta’ ħdejja bit-tarbija tibki u tiegħi mhux ħdejja” – omm tifel ta’ 3 snin li tela’ Londra għall-kura 7 darbiet

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend