Il-Prim Ministru bi żjara uffiċjali f’Betlem – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru bi żjara uffiċjali f’Betlem

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi żjara uffiċjali f’Betlem. Huwa jinsab f’Betlem fuq stedina tal-President Palestinjan Mahmoud Abbas.

F’Betlem, il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħat flimkien mal-President Abbas u l-Prim Ministru tal-Palestina Mohammad Shtayyeh.

Muscat kien mistieden ukoll għal quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-Knisja tan-Nattività, flimkien ma’ diversi mexxejja oħra minn madwar id-dinja.

Il-Prim Ministru Muscat kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend