ARA: Kemm kibret il-purċissjoni tal-Bambin li bdiet fil-Ħamrun – One News

ARA: Kemm kibret il-purċissjoni tal-Bambin li bdiet fil-Ħamrun


Lejlet il-Milied huma ħafna dawk it-tfal li jmorru l-purċissjoni tal-Bambin. Din it-tradizzjoni twieldet il-Ħamrun kważi 100 sena ilu u nxterdet madwar Malta u Għawdex.

Din il-purċissjoni nibtet mill-Qaddis Malti San Ġorġ Preca, meta f’lejlet il-Milied tal-1921 ried li ssir purċissjoni bil-figura ċentrali tal-Milied – il-Bambin f’maxtura.

ONE News tkellem ma’ Vincent Meli li huwa soċju tal-MUSEUM, li qalilna dwar x’ġara f’din l-ewwel purċissjoni: “Il-purċissjoni bdiet, Dun Ġorġ kien tħajjar li jagħmel purċissjoni. Kien ġabar is-soċi u kien qallhom jien nixtieq nagħmel purċissjoni bil-Bambin u s-soċi naturalment ma kellhomx Bambin, jiġifieri qalulu minn fejn ħa nġibu wieħed u kien hemm patri Franġisk Konventwali u kellu bambin, Patri Franġisk Micallef  kien, u dan sellifhom il-Bambin u għamlu purċissjoni.”

 Din l-idea ntgħoġbot u din it-tradizzjoni nfirxet madwar Malta u Għawdex.

B’kull purċissjoni bdiet toħroġ bil-bambin u l-fanali, fost il-kant u d-daqq tal-għanjiet tal-Milied. Din il-purċissjoni llum il-ġurnata mxiet wkoll barra minn Malta, f’postijiet bħal Kenja u Kuba.

Intant ftit passi ‘l bogħod mill-istazzjon tagħna, propju fil-MUSEUM tal-Fgura, iltqajna mas-Superjur Alan Caruana. Huwa qalilna li l-preparazzjoni għall-purċissjoni tal-Bambin tibda fil-bidu ta’ dan ix-xahar.

Carauna fisser: Bħala żmien ili nippreparaw għandna n-novena, pratikkament disat ijiem. Għalhekk nieħdu d-disat ijiem ta’ preparazzjoni, nibdew mill-15 ta’ Diċembru ‘l quddiem li jkunu laqgħat speċjali, differenti ilhi fihom naħsbu f’aspetti differenti tal-Milied.” 

Fuq kollox it-tfal jkunu madwar il-figura li tfakkar it-twelid ta’ Ġesù f’għar f’Bethlehem aktar minn 2,000 sena ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *