“Għawdex li tant inħobb”. Hekk fetaħ id-diskors tiegħu il-kandidat għall-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert f’attivita taħt it-tinda li organizza il-Ħadd filgħodu fir-Rabat, Għawdex. Huwa aċċenna li jemmem ferm fil-kapċita tal- gżira Għawdxija u li jinsab determinat sabiex iżomm lill-Għawdex bħala waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-pajjiż.
“Se nżomm lill-għawdex fuq quddiem nett tal-prijoritajiet tal-pajjiż tagħna għaliex nemmen fih. Nemmen f’din il-ġojjel ta’ gżira. Nemmen fl-ambjent ta’ għawdex , tant sabiħ , ejjew nibżgħu għalih imma nżommuh sostenibbli. Mhux ma niżvilupawħx imma niżvillupawh b’mod li jkun hemm bilanċ bejn l-iżvillup u l-ambjent li tista’ tintlaħaq.” Stqarr Abela.
Id-Deputat Laburista kompla jispjega kif qed jibbaża l-kampanja għal mexxej tal-Partit Laburista fuq proposti sempliċi. Dan għaliex hu jħaddan politika sempliċi li hi minn nies għan-nies. Enfasizza wkoll l-importanza tar-rispett u ta’ soċjeta maqgħuda għaliex verament inħobbu lill-pajjiżna.
F’Għawdex Dr Abela temm jgħid li din trid tkun paġna ġdida tal-istess ktieb u li għandna niġbu ħabel wieħed sabiex nimxu flimkien ‘il quddiem.