Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.
Il-ka seħħ għall-ħabta tas-13:15 fil-Bypass tas-Siġġiewi bejn vann tat-tip Toyota u mutur tat-tip Peugeot.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn it-tabib tal-emerġenza ta l-ewwel assistenza fuq il-post.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.