Fil-jum tas-Sibt il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mar fuq ir-radju tiegħu biex jgħid li t-toroq fil-Belt u tas-Sliema huma vojta f’dawn iż-żminijiet tal-Milied.
Dak li qal Delia jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li propju kien hemm propju fl-istess jum li kien qed jitkellem hekk kif il-kapitali u tas-Sliema kienu mballati bin-nies jagħmlu x-xiri tal-Milied f’atmosfera sabiħa ta’ dawn il-festi.
Fi kważi nofs siegħa jitkellem, Delia mhux biss kien negattiv fuq l-ispirtu tal-Milied iżda nfexx jattakka lill-Prim Ministru dwar l-inkjesta Egrant.
L-istess inkjesta li Delia ppubblika u wriet biċ-ċar li sar l-akbar frame-up politiku fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu.
Fil-fatt il-Partit Laburista kien qal li meta Delia ppubblika l-inkjesta kkonferma l-gidba ta’ sħabu.
Dan filwaqt li l-Kap Nazzjonalista baqa’ jinsisti li ma jitlobx inkjesta dwar l-allegazzjonijiet serji li daħħal flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Londra.
Dawn l-allegazzjonijiet kienet għamlithomlu Daphne Caruana Galizia u b’kuntrast miegħu, il-Prim Ministru kien talab minn jeddu inkjesta li imbagħad iċċertifikat il-gidba Egrant.