Il-kaxxa ta’ Malta b’surplus ta’ €8 miljun – One News

Notifiki

Il-kaxxa ta’ Malta b’surplus ta’ €8 miljun


Mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Novembru, fil-kaxxa ta’ Malta ġie rreġistrat surplus ta’ €80 miljun.

Dan sostnieh l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika hekk kif fl-ewwel 11-il xahar ta’ din is-sena fil-kaxxa ta’ Malta daħlu €43 miljun aktar wara li fl-istess perjodu s-sena l-oħra kien hemm defiċit ta’ €35 miljun.

Id-dħul rikurrenti żied bi ftit aktar minn €463.

B’hekk id-dħul laħħaq kważi l-€4,390.

Dan fisser żieda ta’ kważi 12% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra.

 L-NSO spjega li fattur ewlieni li kkontribwixxa għal dan id-dħul qawwi fil-finanzi tal-Gvern ġie minn żidiet fit-taxxi tad-dħul.

Fil-fatt f’kuntest ta’ żidiet qawwija fis-settur tax-xogħol wassal biex mit-taxxi tad-dħul kien hemm €137 miljun aktar mis-sena ta’ qabel.

Żidiet oħra li wasslu għad-dħul rikurrenti kienu reġistrati fis-sigurtà soċjali, liċenzji, kirjiet u multi.

Fi statistika li ħareġ, l-NSO qal li l-Gvern żied l-ispiża totali sa tmiem ix-xahar li għadda.

Fil-fatt din laħħqet madwar l-€4,380.

Qrib il-11% aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.

L-ispiża rikurrenti ammontat għal €3,756. 

387 miljun aktar minn qabel.

 Dan ġie minn sensiela ta’ programmi u inizjattivi li ħa l-Gvern fejn fost l-oħrajn l-NSO jsemmi n-nefqa fil-benefiċċji soċjali permezz ta’ sensiela ta’ għadd ta’ miżuri.

L-istatistika ssemmi wkoll li l-Gvern nefaq iżjed riżultat ta’ miżuri bħal tat-trasport b’xejn għall-iskejjel kollha.

Żieda wkoll fit-trattament għall-kura tal-kanċer, il-kura fid-djar tal-anzjani, is-servizz taċ-childcare u l-istrateġija għall-immaniġjar tal-iskart.

L-NSO semma wkoll li l-interessi fuq id-dejn pubbliku naqas bi kważi 11-il miljun u nofs fl-ewwel 11-il xahar ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

Intant il-Gvern żied ukoll l-ispiża kapitali li laħqet kważi l-€452. Dan fisser kważi €45 miljun aktar mis-sena l-oħra.

Iż-żieda fl-ispiża kapitali ġiet minn żieda fuq proġetti infrastrutturali fosthom l-irranġar tat-toroq, saħaq l-NSO.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend