B’investiment ta’ kważi miljun ewro matul is-sena d-dieħla se jibdew xogħlijiet ta’ konservazzjoni u interventi oħra fil-Forti Rikażli.
Dan hekk kif dan il-forti li nbena fi żmien il-Kavallieri jinsab fi stat dilapidat l-aktar minħabba l-fatt li l-Fortizza hija esposta għall-grigalati.
Mark Azzopardi, il-perit inkarigat mix-xogħlijiet fi ħdan id-Dipartiment għar-Restawr spjega li r-restawr u konservazzjoni se jsiru f’ħames inħawi differenti tal-forti, fosthom il-kontrogwardja ta’ San Duminku u torri tal-konkos mibni fi żmien l-Ingliżi.
Dan qed isir minħabba r-riskju reali li l-Forti jiġġarraf kompletament.
“Qed nintervjenu f’dawn il-ġiex postijiet u l-postijiet l-oħrajn biex inwaqqfu il-ħsara għax jekk ma nintervjenux issa-ili involut fl-aħħar xhur u l-ħajt waqqa’ iżjed ġebel. Kull meta tagħmel maltempata jaqa iżjed ġebel u fl-aħħar mill-aħħar imbgħad iċedi kollox.”
Fisser li bħalissa bdew xogħlijiet preparatorji fuq l-ewwel parti li se tkun irrestawrata.
“Bħalissa qegħdin nibdew l-ewwel intervent fuq il-Forti li hija l-case metal battery bastion number 1 fejn beda’ jintrema l-armar biex is-sena d-dieħla nibdew ix-xogħlijiet.”
Waqt żjara fil-forti, il-Ministru għall-Kultura Owen qal li r-restawr hu xhieda tal-impenn li għandu l-Gvern permezz tal-Fondazzjoni tal-Kottonera. Semma’ kif il-mod ta’ inhu mqassam il-forti ġibed diversi produzzjonijiet internazzjonali lejh u tkun ħasra jekk jintilef post importanti bħal dan għall-industrija.
Il-Kummissarju tal-Films Johan Grech qal li l-Kummissjoni tal-Films kienet ilha snin titlob li jsiru interventi fuq dan il-forti li ddeskriva bħala l-ikbar wieħed mhux biss f’Malta imma fl-Ewropa. Semma’ kif dan intuza bħala lokazzjoni f’diversi films kbar.
Iċ-chairperson tal-Fondazzjoni tal-Kottonera Glenn Bedingfield qal kif fil-masterplan tal-Kottonera hemm impenn li dan il-wirt kulturali jkun riġenerat flimkien mal-inħawi tal-madwar. B’hekk fisser li l-Gvern qed jisma’ lin-nies f’din il-parti ta’ Malta.
Ix-xogħlijiet fuq dan il-forsi huma maħsuba li jitlestew sal-aħħar tal-2021.