Egrant: Ordnati proċeduri kriminali kontra Efimova fuq kalunja – One News

Notifiki

Egrant: Ordnati proċeduri kriminali kontra Efimova fuq kalunja


L-inkjesta dwar ir-rapport Egrant ppubblikata b’mod sħiħ turi kif il-Maġistrat ordna lill-Kummissarju tal-Pulizija jiftaħ proċeduri kriminali kontra Maria Efimova fuq kalunja.

Maria Efimova kienet is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia fil-gidba Egrant fil-konfront tal-pulizija u l-Maġistrat Aron Bugeja kkonkluda li Efimova għamlet numru ta’ dikjarazzjonijiet li jirriżultaw li mhumiex veru.

“Għal dan il-għan il-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jiġi ordnat sabiex jibda proċeduri kriminali kontra Maria Efimova għar-reat ta’ kalunja skont l-Artiklu 101 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta u ta ġurament falz ai termini tal-Artikolu 108 tal-Kodiċi Kriminali,” tgħid l-inkjesta ta’ 1,500 paġna li titlob ukoll passi kontra persuni oħra li uża ħafna l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin.

Tul is-snin Maria Efimova sabet il-protezzjoni ta’ uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista fosthom l-eks Kap Simon Busuttil u l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa.

Fl-inkjesta nstab li mix-xhieda ta’ Daphne Caruana Galizia, Pierre Portelli u Maria Efimova rriżultaw ħafna kontradizzjonijiet.

Fil-fatt l-inkjesta tgħid: “Hemm diversi punti li Maria Efimova u Daphne Caruana Galizia ma bdewx jaqblu fuqhom kemm bejniethom kif ukoll separatament mal-kumplament tal-evidenza miġbura.”

Il-Maġistrat insista li fost il-kwistjonijiet li ma kienx hemm xhieda li ma rriżultatx li kien hemm aspetti importanti u kruċjali.

“Irriżultaw jew inkompatibbli ma’ xulxin jew kompletament meruti mill-provi miġbura,” qal il-Maġistrat li ta lista twila ta’ fejn ma qablux.

Ara wkoll:

“Ħareġ kemm gidbu fuqi” – il-PM wara l-pubblikazzjoni Egrant

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tad-dokumenti ffalsifikati tal-Egrant

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend