L-atleti ta’ Special Olympics mgħajjra waqt il-protesti f’Jum ir-Repubblika  – One News

L-atleti ta’ Special Olympics mgħajjra waqt il-protesti f’Jum ir-Repubblika 

Fil-mira tal-protesti vjolenti fil-Belt Valletta qed jispiċċaw anke nies li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-iskop li ghaliha suppost qed isiru l-istess protesti.

Wara l-kliem oxxen lejn il-membri parlamentari tal-Gvern u t-tfigħ ta’ ġebel u muniti lejn il-karozzi tagħhom, kif ukoll l-assalt fuq il-bini tal-Parlament u l-Berġa ta’ Kastilja, issa l-intimidazzjoni qed tinfirex lejn kull min jiġi quddiem għajnejn uħud mid-dimostranti.

F’Jum ir-Repubblika, ma kinux biss il-pulizija u l-membri tal-Forzi Armati li laqtu t-tgħajjir u l-insulti waqt il-qadi ta’ dmirijithom.

Imma anke l-atleti tal-iSpecial Olympics li dak il-ħin inzertaw deħlin fil-Palazz tal-President fejn kienu se jirċievu l-medalja għall-qadi tar-Repubblika.

F’kumment li ġie ppubblikat fuq il-mezzi soċjali mill-ġurnalist Brian Hansford, omm li kienet vittma ta’ dan l-aġir spjegat kif it-tfal u ż-żghażagħ b’diżabilità ġew imżebilħa b’kummenti mhux f’lokhom minn dawk li kienu qed jipprotestaw.

“Kien ovju li kien kumment barra minn loku. Aħna t-tfal tagħna ma jħarsux lejn politika, ma jħarsux lejn kuluri. Dawn sempliċiment telgħu jirrapreżentaw lil Malta barra minn Malta u ġabu l-unuri f’isem Malta. U ħassewhom it-tfal illi minflok hemm nies qegħdin jifirħu bihom u minflok hemm nies li jgħidulhom prosit, kien hemm nies li kważi kważi ppruvaw jiddieħqu bihom

L-omm qalet li dawn l-atti għandhom jieqfu b’mod immedjat u appellat għall-għaqda fil-pajjiż.

“Nemmen li bħalissa għandna bżonnha iktar minn kull żmien ieħor speċjalment issa li ġej il-Milied. Jekk joġgħobkom. Kompli appella għal għaqda għaliex dawn l-atti huma degrading għal persuna

Intant, fi żviluppi oħra, wieħed mill-esponenti ewlenin ta’ dawn il-protesti, l-avukat Andrew Borg Cardona kiteb fuq Facebook li f’Jum ir-Repubblika hu kien wiehed minn dawk li niżlu fit-toroq bejn id-disgħa ta’ filghodu u n-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar.

Ftaħar li m’applika għal ebda permess biex tkun organizzata din il-protesta u sfida lill-awtoritajiet biex, jekk ma joġgħobhomx, jieħdu passi kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il-Marmalja ta’ Simon issa qazzet lil kulhadd. L-iskop taghhom jidher li hu li jkomplu fit-tradizzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia billi jxerrdu l-mibgheda u l-hdura. Bizzejjed thares lejn Manwel Delia u tinduna xi hdura ghandu fuq wiccu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *