BIL-FILMAT: Raġel imut wara li waqa’ minn fuq ċint – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Raġel imut wara li waqa’ minn fuq ċint

Ġorġjan ta’ 27 sena nstab mejjet f’għadira demm wara li waqa’ minn fuq ċint fi Triq Wied tar-Ruman fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:10 tal-Ħadd bil-lejl.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Fuq il-post kien hemm ukoll it-tabib forensiku Mario Scerri.

Bħala parti mill-investigazzjonijiet hu mifhum li l-Pulizija elevaw xi filmati tas-sigurtà minn stabbiliment u xi residenzi fil-viċinanzi ta’ fejn seħħ l-inċident.

Il-każ qed jiġi investigat mill-Ispettur Paula Ciantar u l-pulizija tal-għassa tal-Mellieħa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend