Il-Partit Nazzjonalista nħakem mill-estremisti. L-attitudni tal-Partit Nazzjonalista llum uriet li l-Oppożizzjoni nħakmet minn dawk li jridu jnisslu biss il-firda. Fi żmien fejn il-poplu jfittex li jwarrab id-differenzi, l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex dawn id-differenzi joħloqhom.
L-ewwel ibbojkotja Jum ir-Repubblika, festa nazzjonali, u issa ħoloq plejtu fuq sempliċiment programm. U dan għax irid li lill-poplu jibgħatlu biss messaġġi ta’ firda u mibgħeda.
Mhux ta b’xejn li l-Maltin ma jafdawx lil Adrian Delia. Għax il-poplu min jgħaqdu jrid u mhux min jifirdu.
Intant il-Ministru għal Ġustizzja, Owen Bonnici f’kitba fuq Facebook qal li din il-pozizzjoni tad-deputati tal-Partit Nazzjonalista waqqet il-maskra tal-oppozizzjoni meta jitkellmu favur l-għaqda nazzjonali.
Huwa qal li huwa tal-mistħija kif f’dawn il-jiem ta’ festi d-deputati tal-PN riedu jtappnnu s-sens ta’ għaqda nazzjonali u anke li jħarbtu programm li huwa leger l’ hinn mill-politika li kien rekordjat u ħadu sehem fih huma stess.
http://www.one.com.mt/2019/12/15/il-pn-irid-iwaqqaf-il-programm-hadd-ghalik-ma-jridux-li-d-deputati-jidhru-maghqudin/