Tiċċarrat parti mit-tinda protettiva tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim minħabba riħ qawwi – One News

Notifiki

Tiċċarrat parti mit-tinda protettiva tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim minħabba riħ qawwi

Kmieni dalgħodu, parti mit-tinda protettiva tat-tempji ta’ Ħaġar Qim fil-Qrendi, iċċartet minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin.  Għaldaqstant, Heritage Malta għalqet l-aċċess għat-tempji għal xi ħin sakemm ġie aċċertat illi m’hemmx periklu għall-viżitaturi.

Imġjegati tal-Aġenzija marru minnufih fuq il-post ħalli jassiguraw li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex it-tessut tat-tinda protettiva ma jkomplix jitqatta’. Kemm l-istrutturi megalitiċi u kif ukoll l-istruttura tal-ħadid illi tintrabat magħha t-tinda, ma ġarrbu l-ebda ħsara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend