Robert Abela: Flimkien inkomplu naħdmu għal futur sabiħ – One News

Notifiki

Robert Abela: Flimkien inkomplu naħdmu għal futur sabiħ

“Din il-mappa hija s-suċċess elettorali li se jiret il-Partit Laburista mingħand Joseph Muscat, u se tkun l-għaqda fil-Partit Laburista li se tibni fuq dawn is-suċċessi.”

Dan qallu l-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Robert Abela fejn tenna kif il-Partit Laburista għandu jibqa jissaħħaħ biex ikun jista’ jibni fuq il-ġid li nħoloq. 

Robert Abela qal li aħna nistgħu nkomplu mexxu dan il-pajjiż ‘il quddiem, għax il-Partit Laburista għandu l-kredenzjali li jkompli jmexxi dan il-pajjiż bi stabbilità, għal futur sabiħ.

Dr Abela qal li hemm ħafna sfidi quddiemna, u l-Partit Laburista qatt ma ddejjaq joffri soluzzjoni għall-isfidi tal-pajjiż.

Tkellem dwar l-irwol tad-delegati u l-membri tal-Partit Laburista li jrid ikollhom vuċi akbar fil-Partit, li jgħinu fit-tfassil tal-ideat. Il-qalb tal-Partit Laburista.

Dr Abela sostna: “Huma ħafna li dejjem żammu lil dan il-partit b’saħħtu. Li dejjem żammewh bl-għeruq tiegħu. Ejja nagħtu l-importanza lill-għeruq tal-partit u ejja mmorru lura għall-għeruq. Il-mument li mmorru għall-għeruq, nemmen li nkomplu nimxu ‘l quddiem.”

Dr Abela qal li flimkien, maqgħudin se nkomplu naħdmu, bħala moviment sabiex inkomplu mexxu l-pajjiż ‘il quddiem, inqassmu aktar ġid, u flimkien inkomplu nirbħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend