“Malta hija ekonomija miftuħa u kibret b’suċċess fl-erba’ rkejjen tad-dinja” – Carmelo Abela – One News

Notifiki

“Malta hija ekonomija miftuħa u kibret b’suċċess fl-erba’ rkejjen tad-dinja” – Carmelo Abela


Malta hija ekonomija miftuħa u kibret b’suċċess fl-erba’ irkejjen tad-dinja.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt simpożju organizzat mill-Gvern dwar perspettivi dwar il-politika barranija ta’ Malta.

Fl-indirizz tal-ftuħ, il-Ministru għall-Affarijiet barranin ta’ Malta Carmelo Abela enfasizza l-importanza tal-Kummerċ fl-aġenda tal-politika barranija ta’ Malta.

Huwa spjega kif Malta matul dawn l-aħħar snin fittxet li ssaħħaħ il-politika kummerċjali tagħha, billi ttrasformatha f’waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-aġenda barranija tal-pajjiż. Huwa nnota kif permezz ta’ rabtiet mill-qrib ma’ entitajiet ekonomiċi lokali u dipartimenti Ministerjali oħra, il-pajjiż ra żieda fid-delegazzjonijiet u laqgħat fuq kummerċ ma’ pajjiżi msieħba.

Il-Ministru saħaq ukoll fuq bosta temi kurrenti għad-dinja li huma importanti li negħlbuhom fosthom it-tibdil fil-Klima. Huwa sostna: “Kif aħna nħarrsu ċertu sfidi madwarna, u nħossu li sfidi globali għandhom jiġu ttratati b’mod globali lokali eżempju t-tibdil fil-klima hija sfida li kull pajjiż irrid jagħti s-sehem tiegħu perà hija sfida li lkoll flimkien nittrattawha u nirbħuha.”

Fil-politika barranija ta’ Malta, il-Ministru Carmelo Abela tkellem ukoll fuq l-importanza mogħtija lill-Asja hekk kif Malta qed taħdem fuq il-ftuħ ta’ preżenza diplomatika fil-Ġappun, pajjiż li Malta għandu miegħu surplus kummerċjali.

Pajjiżna mistenni jiftaħ ukoll l-ewwel missjoni diplomatika tiegħu fl-Amerka t’Isfel.

Is-simpożju kien indirizzat ukoll mis-Segretarju Eżekuttiv, l-Organizzazzjoni Komprensiva tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari s-Sur Lassina Zarbo.

Saru wkoll żewġ diskussjonijiet iffukati fuq l-emanċipazzjoni tan-nisa, il-paċi u s-sigurtà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend