Malta fost dawk bl-anqas rappreżentanza femminili – One News

Notifiki

Malta fost dawk bl-anqas rappreżentanza femminili


L-Istitut Ewropew għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri kklassifika lil Malta fost seba’ pajjiżi fl-Ewropa li għandhom l-anqas rappreżentanza femminili fil-Parlament Nazzjonali.

Kull riżultat inħata timrbu aħdar, oranġju jew aħmar biex il-Parlamenti Nazzjonali jikkalkulaw kemm huma ugwali, bil-kulur aħmar ikun ifissier l-anqas rappreżentanza ta’ nisa. Malta kisbet anqas minn 30% tar-riżultat, u tinsab fil-kategorija ħamra ma’ pajjiżi bħal Ċipru u l-Ungerija fost l-orħajn. Skont ir-rapport l-aktar pajjiżi Ewropej li huma ugwali fir-rappreżentanza politika huma l-Iżvezja u l-Finlandja.

L-istess rapport isemmi lil Malta bħala wieħed minn disa’ Stati Membri Ewropej li għandu informazzjoni disponibbli gġall-pubbliku dwar mekkaniżmi li jistgħu jiġġieldu d-diskriminazzjoni bejn is-sessi fil-konfront tal-Membri Parlamentari.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew u Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Miriam Dalli spjegat if issa li għandna r-rapport f’idejna, jeħtieġ li tittieħed azzjoni konkreta. Hija sostniet: “Jekk verament irridu aktar nisa fil-politika rridu naqbżu mill-kliem sabiħ u fieragħ għal azzjoni biex ikollna nisa jipparteċipaw f’livell nazzjonali u anke fuq livell Ewropew. Ma nistgħux nitkellmu biss fuq diskriminazzjoni pożittiva u kwoti imma rridu jkollna rehaul totali ta’ kif jaħdem il-Parlament Nazzjonali u  kif nagħmlu l-politika.”

Dr Dalli qalet ukoll li l-pajjiż irid jara wkoll jekk hux qed jattira dawk il-persuni lejn il-politika tiegħu li verament jistgħu jikkontribwixxu b’mod pożittiv lejn il-politika Maltija.

“L-istess studju jitkellem dwar pajjiżi li għamlu qabża ‘l quddiem. Il-gvernijiet ħadu azzjoni pożittiva fejn ikollok ammont ta’ nisa u rġiel fil-politika. Irridu diskussjoni serja ta’ kif se naċċertaw ruħna li jkollna aktar nisa fil-politika u kif se naċċertaw ruħna li jkollna akrar persuni li jersqu ‘l quddiem u jikkontribwixxu”, temmet tgħid Dr Dalli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend