Imprendituri se jikkompetu bil-għan li jikkonvinċu investituri privati biex jinvestu fil-kumpaniji tagħhom – One News

Notifiki

Imprendituri se jikkompetu bil-għan li jikkonvinċu investituri privati biex jinvestu fil-kumpaniji tagħhom

Fl-Università l-antika fil-Belt Valletta ttella’ l-avveniment MedFest li fih imprendituri Taljani u Maltin se jikkompetu biex jikkonvinċu investituri privati jinvestu fil-kumpaniji tagħhom.

Dan kien ibbażat fuq mudell li seħħ 21 sena ilu fir-Renju Unit, li issa qed jintuża fi 13-il belt differenti biex jikber l-investiment fl-innovazzjoni.

F’din l-attività pparteċipaw 8 negozjanti, 4 minn Sqallija u 4 minn Malta, li wasslu messaġġ bil-ħsieb li jikkonvinċu investituri u l-mistiedna biex jinvestu fil-kumpanija tagħhom.

Iċ-Chairman ta’ Medfest,il-Professur Philip Wragg, qal li permezz ta’ dan l-avveniment iktar imprendituri barranin ikollhom ċans li jistabbilixxu ruħhom f’pajjiżna. Hawnhekk huwa faħħar l-iżvilupp li għamel pajjiżna f’dawn l-aħħar snin f’dak li huwa tkabbir ekonomiku.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia tkellem fuq l-importanza ta’ din l-attività, filwaqt li nnota wkoll żviluppi riċenti b’rabta ma’ Brexit u kif Malta qed tħejji għal dan il-proċess.

Huwa sostna li “Brexit se jħalli vojt, funding gap ta’ madwar €15-il biljun fis-sena, għaliex ir-Renju Unit kien it-tieni l-akbar kontribitur għal budget Ewropew, bi’brexit dan se jispiċċa. L-għan tagħna allura huwa li nimmassimizzaw l-fondi Ewropej li se nġibu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend