Akkużata b’serq minn stabbiliment fl-arjuport – One News

Akkużata b’serq minn stabbiliment fl-arjuport

Jelena Kensborn, Ukrena ta’ 31 sena nżammet arrestata wara li allegatament serqet t-shirt u xi fwieħa minn żewġ stabilimenti fl-ajruport.  Hija kienet akkużata wkoll li allegat li persuna li jaħdem l-ajuport u membri tal-korp tal-pulizija trattawha ħażin meta kien pruvat li dan mhux minnu. Dan filwaqt li hija rreżistiet l-arrest. 

Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.

L-Avukat tal-għajnuna legali li deher għall-akkużata, Mark Mifsud Cutajar talab il-ħelsien mill-arrest.

L-ispettur Silvio Magro oġġezzjona għal din it-talba u stqarr li filwaqt li hija għandha residenza fissa Malta u għandha xogħol stabbli hija ssiefer ħafna f’pajjiżi barra mill-Ewropa. Dan filwaqt li stqarr li għad hemm persuni x’jixhdu fil-każ.

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *