Robert Abela: “L-għaqda hija l-qofol għas-suċċess” – One News

Notifiki

Robert Abela: “L-għaqda hija l-qofol għas-suċċess”

“Il-Maratona ġbir ta’ fondi hija attività li ġġib flimkien il-familja laburista, sabiex f’sens ta’ għaqda naħdmu flimkien biex il-Partit Laburista jkompli jissaħħaħ għall-ġid tal-pajjiż.”

Dan kien il-messaġġ tad-Deputat Laburista, Dr Robert Abela, f’ġurnata importanti għall-Partit Laburista li fiha jiltaqa’ man-nies, il-qalb ta’ dan il-Partit.

Nixtieq ngħid Grazzi lil ħafna u ħafna voluntiera li jgħinu u jagħtu kontribut fil-maratona ta’ ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista. Il-Partit għandu ħafna nies tajbin u importanti li, ikun xi jkun ir-riżultat tat-tellieqa tal-mexxej, naħdmu biex nibqgħu magħquda u flimkien għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż.

 Dr Abela qal li filwaqt li l-oppożizzjoni hija maqsuma u bla ideat, il-Partit Laburista huwa maqgħud, mimli enerġija taż-żgħażagħ u vibranti, u wara l-11 ta’ Jannar hekk se jibqa’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend