L-awtur tal-kanzunetta ‘L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt’ u l-atleti tal-Ispecial Olympics ippremjati – One News

Notifiki

L-awtur tal-kanzunetta ‘L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt’ u l-atleti tal-Ispecial Olympics ippremjati

Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika:

Anthony Bezzina MQR

Anthony Bezzina huwa imprenditur magħruf u kkunsidrat bħala wieħed mill-pijunieri fil-qasa, marittimu lokali.

Dun Ġanmari Cauchi MQR

Onorat għall-ħidma pastorali tiegħu fost il-bdiewa foqra ġewwa l-Brażil

Joe Grech MQR

Malta onoratu b’rikonoxximent għall-karriera tiegħu fil-qasam tal-mużika Maltija .

Grech irnexxielu jistabilixxi lilu nnifsu bħala wieħed mill-kantanti popolari tal-pop b’kanzunetti bħal-“Kaċċatur”, “il-Festa Tagħna” u “Nhar San Girgor”.

Alfred C. Sant MQR

Sant dejjem wera interess fil-kultura partikolarment fil-qasam tal-mużika kontemporanja.

Fuq firxa ta’ madwar 50 sena, flimkien mal-kompożitur Ray Agius, kiteb għadd kbir ta’ kanzunetti magħrufa li llum tista’ tgħid li saru parti mill-folklor Malti. Fost dawn inisbu diski bħal ‘L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt’, ‘Computer’, ‘Sal-Aħħar’, ‘Fjura fil-Kantina’, ‘Fejn tħobb il-qalb’, u ‘Dak Kien Żmien’

Atleti ta’ Special Olympics Malta MQR

It-29 atleta tal-ispecial Olympics Malta bi sfidi differenti li rebħu 40 medalja fosthom 12 tad-deheb, 13 tal-fidda u 14 tal-Bronż f’disa’ dixxiplini sportivi waqt l-Olimpjadi Speċjali li saru din is-sena f’Abu Dhabi.

Loranne Vella Zahra MQR:

Onorata B’għarfien għall-karriera distinta tagħha fil-qasam xjentifiku partikolarment dik tal-batterju.

John Zammit MQR:

Onorat għall-karriera twila tiegħu fiċ-ċikliżimu u għall-impenn tiegħu biex jattira aktar żgħażagħ f’dan l-isport.

Lino Grech MQR (wara mewtu):

Rikonoxxut għall-ħidma tiegħu fil-qasam teatrali, fosthom il-kitbiet ta’ drammi bħal ‘F’Baħar Wieħed’, ‘Ipokriti’ u ‘Ingroppi’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend