Ir-raġel li ddisinja d-denb vertikali tal-ajruplan Concorde rikonoxxut fuq bażi onorarja – One News

Notifiki

Ir-raġel li ddisinja d-denb vertikali tal-ajruplan Concorde rikonoxxut fuq bażi onorarja

Jose-Maria Ballester Fernandez Fontes MQR:

Kien Direttur tal-Kultura u tal-Patrimonju Naturali u Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa kien responsabbli sabiex il-Camino de Santiago jiġi proklamat bħala l-ewwel itinerarju kulturali Ewropew.

Ronald Oreste Cassar MQR (wara mewtu):

Ta’ età żgħira telaq mill-pajjiż sabiex jistudja dwar l-inġinerija ajunawtika ġewwa l-Ingilterra, fejn baqa’ hemmek għal 13-il sena fejn kien inkarigat sabiex jiddisinja s-sezzjoni tad-denb vertikali tal-famuż ajruplan supersoniku, il-Concorde.

Natalie Louisa Maria Muschamp MQR:

Direttur Maniġerjali ta’ ‘Step up for Parkinson’, fejn din l-organizazzjoni kibbret malajr minn 9 għal 190 parteċipant, fejn tospita 9 klassijiet fil-ġimgħa f’Malta u għandha ħdax-il għalliem mħarreġ li jaħdem għal din l-organizzazjoni bla ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend