Il-Professur Raymond Mangion fost dawk li ngħataw titlu ta’ Uffiċjal Onorarju – One News

Il-Professur Raymond Mangion fost dawk li ngħataw titlu ta’ Uffiċjal Onorarju

It-titlu ta’ Uffiċjal Onorarju

Il-Professur Raymond Mangion ingħata t-titlu ta’ Uffiċjal Onorarju.

Mangion huwa magħruf għad-diversi kotba storiċi li kiteb, fosthom li assista lill-President ta’ Malta Anton Buttigieg fin-nisġa tal-ktieb awto-bijografiku: ‘Il-Minġel tal-Gwerra’.

Mangion wettaq riċerka intensiva fl-Arkivji ta’ Palermo, Sqallija u rnexxielu jsib kopja tal-Kapitula u tal-Kostituzzjoniijiet ta’ Apulus li kienu japplikaw għal Malta fl-aħħar taż-Żminijiet Nofsana.

Il-Professur għamel ukoll traskrizzjoni tal-Minuti tal-Ewwel Kunsill tal-Gvern Malti.

Raymond Mangion huwa professur tal-Liġi u tal-istorja Legali fl-Università ta’ Malta.

Il-Professur Jovan Kurbalija UOM, li kien pijunier fil-qasam tad-diplomazija ċibernetika sa mill-1992. Il-Prof Kurbalija huwa wkoll id-Direttur Fundatur ta’ DiploFoundation u l-Kap tal-Pjattaforma għall-Internet ta’ Ġinevra.

Tony Zahra MOM, ingħata dan ir-rikonoxximent għall-qadi tiegħu fis-settur turistiku.

Zahra huwa l-president tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti Maltin.

Huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-pijunieri fl-industrija tat-turiżmu Maltija u matul il-karriera tiegħu kellu u mexxa numru ta’ kumpaniji tal-ivjaġġar fl-Ingilterra u l-Olanda, kif ukoll lukandi u akkomodazzjoni oħra f’Malta.

Membru Onorarju:

Il-Prof. Joseph A Buttigieg MOM (wara mewtu)

Buttigieg speċjalizza fil-letteratura u teroija Ewropeja moderna fejn ippublika diversi artiklu, komponimenti u kotba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *