DIRETT: Tibda l-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Laburista – One News

Notifiki

DIRETT: Tibda l-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Laburista

Bdiet il-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Laburista li għandha għaddejja sal-ħdax tal-lejla.Din is-sena, dan l-avveniment li għandu l-għan li jkun ta’ sostenn għall-ħidma siewja li jwettaq il-Partit Laburista, se jieħu xejra differenti mis-snin preċedenti, peress li ninsabu f’qalb kampanja għall-mexxej tal-Partit.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex matul il-maratona jżur iċ-ċentru Nazzjonali Laburista biex jagħti d-donazzjoni tiegħu waqt li jsegwi l-ispettaklu li jkun għaddej. Il-Partit Laburista fakkar fil-ħidma li trid issir biex matul is-sena d-dieħla jitfakkar l-ewwel ċentinarju tal-Partit Laburista.

Bħalissa għaddejja wkoll intervista diretta mal-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Sinjura tiegħu Michelle Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend