Minflok ipparteċipa fit-tifkira ta’ meta Malta saret Repubblika, il-Partit Nazzjonalista organizza Kunsill Ġenerali straordinarju li suppost kellu jiddiskuti r-riforma li qed issir fil-Partit Nazzjonalista.
Iżda minflok il-kelliema wieħed wara ieħor infexxew f’attakki fuq esponenti tal-Gvern.
Tul il-Kunsill Ġenerali spikka wkoll in-nuqqas ta’ bosta deputati fosthom ta’ Kristy Debono li hija wkoll il-President tal-Kunsill Ġenerali. Debono flimkien mad-deputat herman schiavone huma fil-mira tal-fazzjoni ta’ busuttil wara li fix-xhur li ghaddew nqabdu f’laqgħa ma’ yorgen fenech, li llum jinsab mixli bl-omicidju ta’ caruana galizia.
Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli reġa tenna li l-powerstation tal-gass f’Delimara ma kellniex bżonnha.
Il-Powerstation li ilha snin fil-mira tal-Partit Nazzjonalista wasslet mhux biss ghat-trahhis fil-kontiejiet tad-dawl u l-ilma izda wkoll biex pajjinza jaqta darba ghal dejjem l-uzu tal-heavy fuel oil li kien il-kawza ewlenija ta’ diversi mard respiratorju.
Saħanistra fl-istess ġimgħa li bosta esponenti nazzjonalisti sejhu lil delia biex iwarrab minn kap tal-partit nazzjonalista, Puli jipprova jpenġi stampa ta’ għaqda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Fl-aħħar laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista, bosta deputati nazzjonalisti hargu qatta bla habel kontra delia fosthom l-ex vici kap nazzjonalista Mario De Marco li llum ħareg jagħti l-appoġġ fil-miftuh lil Simon busuttil
Min-naħa l-oħra d-deputat Karol Aquilina attakka lill-Prim Ministru fuq l-inkjesta Egrant u mera l-konklużjonijiet li kkonfermaw il-frame up li sar fuq il-prim ministru u familja tieghu.
Intant fid-diskors tiegħu Delia reġa iddikjara li pajjiżna huwa mfarrak.
Dan filwaqt li nfexx f’diversi attakki kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna fosthom il-Korp tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali li fl-aħħar ġimghat kineu strumentali biex jissolva l-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.