Ara kif ser ikun il-villaġġ tal-Milied fid-daħla tal-Belt Valletta – One News

Notifiki

Ara kif ser ikun il-villaġġ tal-Milied fid-daħla tal-Belt Valletta

Pjazza Tritoni u d-daħla tal-kapitali Maltija ngħataw libsa differenti għal żmien il-Milied, hekk kif ingħata bidu għall-villaġġ tal-Milied, Fairyland. L-istess villaġġ tal-Milied li ġieli ntrama’ f’Hyde Park, f’Londra.

B’diversi attrazzjonijiet bħal carousel, rink għall-ice skating u ferris wheel, hemm garanzija li kulħadd se jsib xi ħaġa x’jagħmel, minn tfal sa adulti u anzjani.

Minbarra dawn l-attrazzjonijiet, hemm bosta bankarelli armati, b’ħafna ikel u xorb li jissodisfa t-togħma ta’ kulħadd.

Waqt il-ftuħ ta’ dan il-villaġġ tal-Milied, iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia qal kif dan il-villaġġ ġie f’pajjiżna wara ħidma intensiva mill-awtorità.

Qal kif dan il-villaġġ tal-Milied flimkien ma’ attivitajiet oħra li jsiru tul is-sena f’pajjiżna, qed jagħmlu lil pajjiżna destinazzjoni ta’ divertiment.

Żied kif l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed taħdem biex tindirizza l-problema tal-istaġjonalità.

“B’dan il-mod qed jirnexxielna nbiegħu t-turiżmu tul is-sena kollha permezz tal-events u permezz anke tal-kultura, tal-istorja tagħna u allura t-tip ta’ turist li jiġi fis-sajf huwa differenti mit-tip ta’ turist li jiġi fix-xitwa ilhi jkun irrid jiskopri attrazzjonijiet differenti.”

Fairyland fil-Belt Valletta se jibqa’ miftuħ sal-ħamsa ta’ Jannar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend