Il-konferenza tal-litteriżmu diġitali: Embed – One News

Notifiki

Il-konferenza tal-litteriżmu diġitali: Embed

Nhar is-6 ta’ Diċembru 2019 id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u l-ħiliet transversali fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol organizza l-Konferenza tal-Litteriżmu Diġitali u ċ-Ċerimonja ta’ premijiet bl-isem Embed. 

Id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali jiċċelebra dawk l-eżempji tajbin fejn it-teknoloġija tintuża b’mod tajjeb fil-klassi.  Permezz tal-Embed, id-Direttorat jippremja lil dawk l-edukaturi li x-xogħol tagħhom jista’ jitqies bħaala eżempju tajjeb u mudel ta’ tagħlim fi żmien diġitali. Matul dan l-avveniment prestiġjuż, aktar minn 90 edukatur li ssottomettew ix-xogħlijiet tagħhom ta’ lezzjonijiet li ntegraw it-teknoloġija b’mod tajjeb irċievu ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u 21 edukatur ġew ppremjati.

Kien hemm 6 kategoriji differenti li ġew premjati li jkopru s-snin bikrin, l-iskejjel primarji, sekondarji, lil dawk l-għalliema li jikkolaboraw flimkien, l-għalliema li jagħmlu użu minn mezzi portabbli kif ukoll għar-riċerka u l-innovazzjoni.  Dawn il-kateogriji ġew aġġudikati minn ġuriji differenti fil-biċċa l-kbira ffurmati minn Uffiċjali Edukattivi.

Is-Sur Anton Falzon li huwa wkoll edukatur u jaħdem fil-qasam tal-media, ppreżenta din iċ-ċerimonja.  Matul id-diskorsi tal-ftuħ Dr Francis Fabri, is-Segretarju Permenenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni spjega li jekk inħarsu lejn l-istatistika li tqabbel ir-riżultati ta’ Mala mqabbla ma’ dawk ta’ pajjiżi oħra Ewropej għandna nħossuna kburin.   Huwa saħaq li l-Ministeru huwa determinat li jkompli jinvesti fl-Edukazzjoni u dan qed iħalli ħafna riżultati pożittivi. Dr Romina Cachia, li kienet il-kelliema ewlenija tal-konferenza, spjegat kif l-iskejjel tagħna jistgħu jagħmlu użu mill-għodda SELFIE li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropeja sabiex tgħin fl-użu innovattiv tat-teknoloġiji fit-tagħlim.

Wara dan id-diskors kien hemm numru ta’ workshops  koordinati minn numru sabiħ ta’ akkademiċi rinomati kif ukoll persuni oħra li jaħdmu f’kumpaniji li jipprovdu materjal diġitali għall-Edukazzjoni.  Dawn il-workshops kellhom l-għan li jkabbru l-ħiliet diġa eżistenti tal-edukaturi parteċipanti b’firxa ta’ temi fosthom fir-robotika, ħarsien minn problemi fuq l-internet, eTwinning u għodda diġitali oħra.

Il-qofol tal-attività kienet bla dubju ta’ xejn iċ-Ċerimonja ta’ premijiet. Il-Parteċipanti li ssottomettew inizjattivi għall-embed ġew premjati l-ewwel u ġew segwiti bi proġetti li wrew livell għoli ħafna tal-eTwinning.

Il-Konferenza tal-Embed kinet esperjenza ta’ tagħlim għal dawk l-edukaturi li ġew mistiedna għaliex komplew tejbu l-ħiliet diġitali tagħhom.  Madankollu is-suċċess tal-Embed jibqa’ dejjem l-entużjażmu tal-edukaturi tagħhna li permezz tal-inizivjattivi tagħħhom qed iħallu l-frott fost uliedna. Barra minn hekk wieħed jistenna wkoll li aktar edukaturi ser jimxu fuq dan l-eżempju tajjeb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend