Chris Fearne se jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-pajjiż – One News

Notifiki

Chris Fearne se jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-pajjiż


Waqt il-programm Dissett, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li jekk ikun elett Mexxej tal-Partit Laburista, u għalhekk Prim Ministru ta’ Malta, se jagħmel ħiltu biex jassigura li l-istituzzjoniiet ta’ pajjiżna jissaħħu.

Fearne qal li se jagħmel dan billi jipprovdi r-riżorsi kollha meħtieġa biex l-istituzzjonijiet jaħdmu b’mod aktar indipendenti u effettiv.

Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne semma fost oħrajn li jrid jara il-Pulizija, l-FIAU u l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jingħataw dak kollu meħtieġ biex jagħtu l-aqwa servizz lill-pubbliku u mingħajr dewmien esaġerat.

B’aktar trasparenza u b’separazzjoni ċara bejn il-Gvern Eżekuttiv u l-istituzzjonijiet, isem Malta jerġa’ jingħata l-ġieħ li jixraqlu barra minn xtutna, sostna Fearne: “La darba nibdew b’dawn il-proċess imbagħad inkunu nistgħu mmorru barra l-pajjiż u fl-istituzzjonijiet bħall-Moneyval, Kummissjoni Ewropea u lilhinn mill-Ewropa, u nerġgħu nqajjmu r-reputazzjoni ta’ Malta kif jixraqilha. La darba jibdew ir-riformi f’Malta jien ngħidlek iva kapaċi nerġgħu nibdnu r-reputazzjoni tagħna b’mod internazzjonali.” 

Fl-istess programm, id-Deputat Prim Ministru qal li jemmen li l-Kummissarju tal-Pulizija ghandu jinhatar b’vot ta’ zewg terzi tal-Parlament biex jevita li l-poplu jħoss li l-Kummissarju jkun ta’ nofs u mhux tal-poplu kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend