Jinstabu 8 boroż b’9 kilogrammi kannabis – One News

Notifiki

Jinstabu 8 boroż b’9 kilogrammi kannabis

Tissokta l-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.

Ilbieraħ filgħaxija fl-akkwati ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla, ġew arrestati 3 irġiel Indjani li għandhom 30 sena, 33 sena, u 35 sena, u kollha jgħixu Tas-Sliema.

Huma twaqqfu mill-Pulizija waqt li kienu f’karozzi separati, wara tfittxija li saret f’vettura minnhom li fiha kien hemm ir-raġel ta’ 35 sena.

Fiha kien hemm tmien boroż li fihom kien hemm disa’ kilogrammi droga kannabis.

Ir-raġel ta’ 35 sena mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest għada u jkun akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tiegħu tad-droga kannabis.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend