Il-MAM tiċħad allegazzjoni ta’ qraba ta’ DCG li tabib jew kirurgu ċċelebra l-qtil tagħha – One News

Notifiki

Il-MAM tiċħad allegazzjoni ta’ qraba ta’ DCG li tabib jew kirurgu ċċelebra l-qtil tagħha

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija u l-Assoċjazzjoni tal-Kirurgi f’Malta ċaħdu bil-qawwa kollha dak rapportat ilbieraħ f’sezzjonijiet tal-midja fejn ingħad li tabib jew kirurgu ċċelebra l-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia waqt li kien xogħol dakinhar tal-assissinju tagħha.
L-allegazzjoni saret waqt is-smigħ tax-xhieda mill-bord tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia li matulha komplew jixhdu l-qraba tagħha.

Fost oħrajn, Mandy Mallia, waħda mill-aħwa ta’ Caruana Galizia, xehdet li ħabiba tagħha allegat kif l-infermiera li kienu fis-sala tal-operazzjonijiet tal-Isptar Mater Dei wara li splodiet il-bomba, iċċelebraw malli ġriet l-aħbar li oħtha nqatlet.

Fi staqarrija konġunta, iż-żewġ assoċjazzjonijiet ċaħdu din l-allegazzjoni. Madankollu huma talbu lit-tmexxija tal-Isptar Mater Dei biex jagħmlu stħarriġ intern biex jistabbilixxu jekk xi persuna fil-qasam tas-saħħa kien responsabbli għal dan l-għemil inaċċettabbli u jekk huwa l-każ, jittieħdu passi dixxiplinarji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend