Rikonoxximent għall-atleta Għawdxija Rachel Ann Said – One News

Notifiki

Rikonoxximent għall-atleta Għawdxija Rachel Ann Said

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kellha laqgħa ta’ korteżija mal-atleta promettenti Għawdxija Rachel Ann Said li dan l-aħħar kellha suċċess barra minn xtutna. 

L-atleta Għawdxija fil-fatt irrapreżentat lil Għawdex u lil Malta fil-WDFPF World Powerlifting Championships f’Halle, il-Ġermanja. Din il-kompetizzjoni ttellgħet bejn is-26 u s-27t’Ottubru 2019. Hija rrnexxilha tasal sal-pjattaforma tal-Kampjonati Dinjin billi kklassifikat fit-tieni post fil-klassi ta’ piż tagħha, dik ta’ 47.5kg.  Rachel irnexxilha wkoll tilħaq l-aqwa rekord personali tagħha ta’ 50kg u deadlift ta’ 110kg.

Il-Ministru Caruana ferħet lill-Rachel u esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li aktar atleti Għawdxin qed jagħmlu ġieħ lill-Għawdex fuq skala nazzjonali u internazzjonali. Hija qalet li l-Ministeru għal Għawdex qed ikompli jmexxi bil-kampanja tiegħu ta’ sostenn lill-atleti Għawdxin, f’termini finanzjarji, fejn qed jassistihom sabiex jibbenefikaw minn diversi skemi li jiffaċilitawlhom l-aċċess għal aktar opportunitajiet ta’ suċċes għalihom.

Il-Ministru Caruana rringrazzjat lil Rachel u ppreżentat tifkira żgħira biex tfakkar dan is-suċċess li kisbet filwaqt li awguratilha għal aktar suċċessi fil-futur.

Ritratti: MGOZ

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend